keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf 2019/1150 MT Art. 1 cercato: 'tar-reklamar' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- online 18
- ir-regolament 16
- dan 8
- kummerċjali 8
- tal-unjoni 8
- tal-intermedjazzjoni 6
- ċivili 6
- tal-magni 6
- tat-tiftix 6
- nazzjonali 6
- l-liġi 6
- għandu 6
- rilevanti 4
- irrispettivament 4
- jkunux 4
- japplika 4
- kuntrattwali 4
- jkun 4
- lill-utenti 4
- koperti 4
- l-aspetti 4
- tal-istabbiliment 4
- tar-residenza 4
- bmod 4
- fl-unjoni 4
- permezz 4
- dawk 4
- is-servizzi 4
- partikolari 4
- jingħataw 4
- fejn 4
- għal 4
- mingħajr 4
- preġudizzju 4
- mal-liġi 4
- il-protezzjoni 4
- tar-reklamar 4
- l-utenti 4
- servizzi 4
- siti 4
- korporattivi 4
- għandux 4
- b’dan 4
- applikabbli 4
- sal-punt 2
- imġiba 2
- jissanzjona 2
- jipprojbixxi 2
- bkonformità 2
- għar-regoli 2
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta applikazzjoni
1. L-għan ta dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern billi jistabbilixxi regoli li jiżguraw li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti ta siti web korporattivi fir-rigward tal-magni tat-tiftix online jingħataw trasparenza xierqa, korrettezza u possibbiltajiet ta rimedju effettiv.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-magni tat-tiftix online mogħtija, jew offruti biex jingħataw, lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta siti web korporattivi rispettivament, li l-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tagħhom ikun fl-Unjoni u li, permezz ta’ dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew permezz tal-magni tat-tiftix online, joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-fornituri ta dawk is-servizzi u irrispettivament mil-liġi li kieku tkun applikabbli.
3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal servizzi ta pagament online jew għal għodod tar-reklamar online jew għall-iskambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi.
4. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li, bkonformità mal-liġi tal-Unjoni, jipprojbixxi jew jissanzjona imġiba unilaterali jew prattiki kummerċjali inġusti sal-punt li l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-liġi ċivili nazzjonali, bmod partikolari l-liġi kuntrattwali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni, l-effetti jew it-terminazzjoni ta kuntratt, sa fejn ir-regoli tal-liġi ċivili nazzjonali jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni, u sa fejn l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament.
5. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni, bmod partikolari l-liġi tal-Unjoni applikabbli fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fmaterji ċivili, il-kompetizzjoni, il-protezzjoni tad-data, il-protezzjoni ta sigrieti kummerċjali, il-ħarsien tal-konsumatur, il-kummerċ elettroniku u s-servizzi finanzjarji.

whereas